L-attakkant Franċiż Kylian Mbappé qal li l-objettiv tiegħu huwa li jirbaħ il-Ballun tad-Deheb iżda jixtieq ukoll li jirbaħ l-Euro 2020 u l-Olimpjadi.
F’intervistà ma’ stazzjon tat-televiżjoni Franċiż, Mbappè qal li l-għan prinċipali ta’ pajjiżu se jkun li jirbħu l-Euro 2020 u qal li se jagħmlu minn kollox biex pajjiżhom ikun kburi bihom. Franza rebħu l-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja u dan żgur li riżultat straordinarju.
Mbappè qal ukoll li l-ħolma tiegħu hi li jilgħab fl-Olimpjadi u anke li jirbaħ l-UEFA Champions League. Fl-Euro 2020 Franza se jilgħabu fi Grupp F flimkien mal-Ġermanja, l-Ungerija u l-Portugall.
//= $special ?>