Lokali

“Qaċċtuna bla ebda raġuni” – Peppi Azzopardi

Dalgħodu, il-preżentatur popolari Peppi Azzopardi fakkar lin-nies dwar il-memorji li għadda minnhom kull sena fi żmien il-Eurovision. Dan meta fil-programm Xarabank kienu jiċċelebraw il-kontribut tal-kantanti Maltin bi programmi speċjali.

Fuq Facebook, Peppi Azzopardi kiteb li dan kollu spiċċa għaliex qaċċtuh mill-PBS bla ebda raġuni.

“Bħal dan iż żmien f Xarabank konna niċċelbraw lil kantant jew kantanta u l-kantanti kollha wara kienu jgħidulna li dak baqa l-isbaħ tifkira ta’ meta marru il Eurovision. Dan seta jiġri qabel qaċċtuna bla ebda raġuni wara li ftit jiem qabel konna ergajna ġejna l-ewwel f’survey ta’ l-Awtorita tax-Xandir.”

Preżentament, huma bosta dawk li qed jilmentaw fuq l-iżbilanċ fix-xandir Nazzjonali.

Fost dawn, ikkummenta l-Professur Joe Pirotta li lbieraħ fil-programm NETLIVE stqarr illi ilu jinnota dawn it-tip ta’ xejriet li jindikaw żbilanċ kontra l-partit fl-Oppożizzjoni u favur il-Gvern. Pirotta għandu esperjenza kemm fit-tmexxija tal-Awtorità tax-Xandir kif ukoll fil-Bord Editorjali tal-PBS.