Robert Abela llum reġa kkonferma li għalih l-ewwel jiġi l-interess partiġġjan u mhux l-interess
nazzjonali.
L-istess kif kien għamel b’Keith Schembri u b’Konrad Mizzi, Robert Abela qed jagħżel li ma jieħux
azzjoni fuq Carmelo Abela, minkejja li dan huwa implikat f’każ serju ta’ serq.
F’pajjiż normali, meta għandek Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru li qed jiġi interrogat mill-Pulizija dwar allegazzjonijiet fuq każ serju ħafna, dan iwassal biex għall-inqas jiġi sospiż mill-Kabinett sakemm jitlestew l-investigazzjonijiet.
Taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela mhux biss ma jsirx hekk imma għandna skiet itarrax mill-Prim Ministru. Imbagħad niskantaw kif ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna qalgħet id-daqqa ‘l isfel li qalgħet. Il-Partit Nazzjonalista ifakkar lil Robert Abela li ġraw numru ta’ każijiet ta’ reati kriminali serji li fihom kien hemm implikati membri tal-Gvern kif ukoll oħrajn li ssemmew minn persuni akkużati b’attivitá kriminali u li saħansitra kienu jżuru Kastilja. Dan ġara fi żmien meta Robert Abela kien parti mill-kabinett tal-Gvern Laburista bħala konsulent tiegħu.
Il-ballun qiegħed f’saqajn il-Prim Ministru, biex jieħu azzjoni immedjata fuq il-Ministru Abela.
//= $special ?>