Fil-jiem li ġejjin, seba’ persuni mistennija jitressqu l-Qorti akkużat bi qtil volontarju ta’ Diego Armando Maradona fejn jistgħu jeħlu sa massimu ta’ 25 sena ħabs.
Fost il-persuni akkużati hemm in-newrologu Leopoldo Luque li kien il-Professur li opera lil Maradona f’moħħu u l-psikjatra Agustina Cosachov, biż-żewġ persuni jiċħdu li kellhom x’jaqsmu fil-mewt ta’ Maradona.
Konversazzjonijiet privati bejn it-tobba u persuni qrib Maradona juru li Maradona ma kienx qed jiġu kkurat b’mod tajjeb ġimgħat qabel ma miet, bil-familja ta’ Maradona titlob ġustizzja u qed iżomm lil Luque responsabbli.
Diego Maradona miet fil-25 ta’ Novembru li għadda, bl-inkjesta tikkonkludi li Maradona miet waqt li kien rieqed wara li ntlielu l-pulmun bl-ilma u waqfet qalbi. L-inkjesta ma sabitx li Maradone kien taħt l-influwenza tal-alkoħol jew sustanzi oħra.
//= $special ?>