Lokali

Skiet itarrax mill-Prim Ministru – Bernard Grech

Minkejja li l-Erbgħa filgħodu il-Ministru Carmelo Abela ġie msejjaħ mill-Pulizija għall-interrogazzjoni b’rabta ma’ attentat ta’ serqa mill-HSBC fl-2010… il-Prim Ministru għadu sa issa sieket rigward dan kollu.. b’Carmelo Abela jitħalla fl-istess kabinett.

Permezz ta’ post fuq Facebook, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech saħaq li f’pajjiż normali meta għandek Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru li qed jiġi interrogat mill-Pulizija dwar allegazzjonijiet fuq każ serju ħafna, dan iwassal biex għall-inqas jiġi sospiż mill-Kabinett sakemm jitlestew l-investigazzjonijiet iżda taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela mhux biss ma sarx hekk iżda għandna skiet itarrax mill-Prim Ministru.

Bernard Grech temm jgħid li “Il-ballun qiegħed f’saqajn il-Prim Ministru, biex jieħu azzjoni immedjata fuq il-Ministru Abela”