Lokali Saħħa

Tħassib mill-kirurgi tal-ortopedrija dwar terapiji tal-istem cells li mhux regolati

L-Assoċjazzjoni tal-Kirurgi fl-Ortopedrija l-AOTSM esprimiet it-tħassib tagħha dwar terapiji li qed ikunu rreklamati. Dawn huma trattamenti li jużaw l-istem cells u mhumiex regolati.

Fi stqarrija, l-assoċjazzjoni spjegat kif l-artrite hija kundizzjoni komuni, illi taffettwa l-ġogi prinċipali tal-ġisem, illi twassalgħal diżabilità progressiva. L-uġigħ huwa sintomu prinċipali ta’ din il-kundizzjoni. Biss,
però, l- artrite tista’ wkoll twassal għall-ebusija fil-ġogi, diffikultà fil-moviment u nuqqas
sinifikanti fil-kwalità tal-ħajja tal-persuna. Għall-Gvern, l-artrite tfisser mhux biss telf
sostanzjali ta’ qligħ, iżda wkoll spiża kbira fejn tidħol is-saħħa. Kulma jmur l-artrite
qiegħda tiżdied b’rata mgħaġġla. Sfortunatament, għall-artrite għad m’hemmx
trattamenti illi jnaqqsu r-rata ta’ progress tal-kundizzjoni, bir-riżultat illi fl-aħħar millaħħar l-unika soluzzjoni hija li ssir operazzjoni tat-tibdil tal-ġog, bl-ispejjeż, kumplikazzjonijiet u rijabilitazzjoni estensiva illi tirrikjedi.

L-AOTSM qalet li huwa għal dawn ir-raġunijiet illi ħafna pazjenti, magħkusin bl-uġigħ u bl-ebusija li ġġib
magħha din il-kundizzjoni, bir-raġun ifittxu soluzzjonijiet oħra, fosthom stem cells, illi
jwiegħdu riġenerazzjoni tal-ġog mingħajr bżonn ta’ operazzjoni. Minbarra l-artrite,
hemm għadd ta’ kundizzjonijiet oħra illi qegħdin jiġu ttrattati b’dan il-mod.

Minkejja dan, l-AOTSM hija tal-opinjoni illi dawn it-trattamenti, kif qegħdin jiġu applikati
bħalissa, huma ta’ bażi xjentifika dubjuża, u s’issa għad m’hemm l-ebda evidenza
xjentifika illi turi benefiċċju fil- kundizzjonijiet illi suppost qegħdin jiġu ttrattati. Agħar
minn hekk, iċ-ċelloli li suppost jiffunzjonaw bħala stem cells, ma hemm l-ebda
ċertifikazzjoni tan-natura u tal-potenzjal riġenerattiv tagħhom. Il-pazjenti illi jirrikorru
għal dan it-tip ta’ trattament, m’humiex qegħdin jiġu infurmati b’dan kollu u, għalhekk,
dan ma jfisser xejn għajr esperimentazzjoni inetika u bla kontroll fuq il-pazjent.

Il-kunsens infurmat ifisser illi l-pazjent għandu jkun mgħarraf illi l-maġġoranza tatterapiji bi stem cells, kif inhuma applikati lokalment, bil-wegħda ta’ kura effikaċi u
mingħajr riskji, ma għandhom l-ebda bażi ta’ riċerka xjentifika. In-natura ta’ dawn ittrattamenti hija ta’ waħda sperimentali, u sa issa, għad m’hemmx prova ċara illi dawn
huma effettivi. Għad m’hemm l- ebda riċerka illi turi l-effetti fit-tul ta’ dawn it-
trattamenti u, iktar minn hekk, m’hemm l-ebda riċerka illi turi kambjament strutturali
fil-ġogi ta’ min jirċievi dawn it-trattamenti. Xi wħud li jirriklamaw dawn it-trattamenti
jpinġu stampa għalkollox pożittiva, u jonqsu milli jgħarrfu lill- individwu dwar ir-riskji,
il-benefiċċji veri u l-limitazzjonijiet ta’ din il-kura. Huwa, għalhekk, illi persuni
interessati li jirċievu dawn it-trattamenti, speċjalment jekk huma jkunu meqjusin
bħala nies vulnerabbli, għandhom jikkunsidraw il-verità kollha, inklużi r-riskji involuti.

L-assoċjazzjoni infesizzat l-importantza illi wieħed jiddiskuti dan kollu bir-reqqa qabel ma tinbeda xi forma ta’
trattament li jkun jinvolvi stem cells.

L-AOTSM qalet li hemm bżonn li niddistingwu bejn għagħa u għajnuna. L-AOTSM hija tal-opinjoni illi lgħaqdiet għad-drittijiet tal-pazjent, l-għaqdiet professjonali mediċi, kif ukoll lawtoritajiet, għandhom jingħaqdu bil-għan li l-pubbliku jsir jaf aktar dwar dan issuġġett, biex il-pazjenti jkunu infurmati aħjar, u biex, fl-aħħar mill-aħħar, ilkoll
nitgħallmu nagħmlu distinzjoni ċara bejn terapiji bi stem cells b’bażi soda xjentifika u
dawk ta’ natura purament sperimentali u mingħajr provi. Finalment, l-AOTSM, abbażi
tar-riċerka u l-evidenza xjentifika kurrenti, ma tistax tirrakkomanda l-użu ta’ stem cells
għall-kundizzjonijiet illi jaffettwaw il-ġogi, l-għadam jew il-muskoli.