Lokali

Tingħata l-ħelsien mill-arrest wara li gidmet u aggrediet lil żewġha

Mara ta’ 47 sena li tressqet il-Qorti mixlija li gidmet u aggrediet lil żewġha ingħatat il-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet.

Jidher li nhar il-Ħadd li għadda, il-marra marret fil-garaxx tar-raġel tagħha u bdiet tqalleb fl-affarijiet.

Il-Prosekuzzjoni mmexxijja mill-Ispettur Eman Hayman qalet kif il-Ħadd li għadda, l-imputata allegatament marret tqalleb l-affarijiet f’garaxx tar-raġel tagħha u waqt dan kollu jidher li r-raġel kien qed jiġbed filmat.

Il-mara ċaħdet l-akkużi miġjuba kontriha fosthom li gidmet lir-raġel.

Il-mara ingħatat il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500, garanzija personali ta’ €3,000 u trid tiffirma darbtejn fil-ġimgħa fl-għassa tal-pulizija.

Il-Qorti ordnat li jkun hemm protezzjoni għall-parte ċivili kif ukoll għal tifla li tgħix miegħu.

L-Avukat Roberto Montaldo deher għall-imputata filwaqt li l-Avukat Roberta Bonello dehret bħala parte ċivile fil-każ.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Eman Hayman