CJ Saliba kien elett President tal-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi sal-2023 wara li Vanni Fabri irtira il-kandidatura tiegħu għal President, kif ukoll irtira minn membru tal-kunsill.
Matul il-Laqgħa Ġenerali Annwali nħatru wkoll diversi persuni oħra f’karigi differenti fosthom Antoine Grech bħala Segretarju kif ukoll Raymond Azzopardi bħala Teżorier. Ġew maħura wkoll il-persuni membri fil-kumitat li se jkun magħmul minn; Demis Micallef, Alfred Pulis, Paddy Borg, John Borg, Stephen Buhagiar u Philip Gatt.
Tul il-laqgħa ittieħdu wkoll żewġ votazzjonijiet ,bl-ewwel waħda tkun dwar jekk għandux jerġa jibda l-League Nazzjonali l-istaġun li ġej, liema votazzjoni għaddiet b’16-il vot favur u 12 kontra. Intant, il-votazzjoni l-oħra kienet rigward jekk hekk il-kampjonat għandux isir b’żewġ rounds, fejn 18-il club approvaw din il-mozzjoni, 6 ivvutaw kontra, filwaqt li 4 astjenew.
Il-League tar-reserves se jintlagħab fuq round wieħed nhar ta’ Ġimgħa għal dan l-istaġun biss, filwaqt li ntlaħaq qbil ukoll li tintlagħab it-tazza tal-Anġlu.
//= $special ?>