Għal ġurnata oħra pajjiżna rreġistra numri baxxi ta’ każijiet pożittivi ta’ COVID-19… dan hekk kif fl-aħħar sigħat kellna 6 każijiet ġodda pożittivi. Apparti dan għal erbatax-il jum konsekuttiv, ma kien hemm ebda persuna li tilfet ħajjitha kawża ta’ dan il-virus.
Fl-aħħar sigħat fiequ 10 persuni oħra biex issa t-total ta’ każi attivi f’pajjizna niżel taħt il-mija – preċiżament 96.
Fit-63 ġimgħa minn mindu faqqgħet din il-pandemija f’pajjiżna, kienu reġistrati 23 każ ġdid pożittiv.
Sal-bieraħ, ingħataw 453,711 tilqima bi kważi 164,113 persuna ħadu ż-żewġ dożi.
//= $special ?>