L-attakkant ta’ Liverpool Diogo Jota kien inkluż fil-lista ta’ 26 player magħżula mill-coach tal-Portugall Fernando Santos għall-Euro 2020.
Santos ma wettaq l-ebda sorpriża fl-għażla tiegħu hekk kif players bħal Crisitiano Ronaldo, Ruben Dias, Bruno Fernandes u Bernardo Silva kollha huma msejjħin fl-iskwadra Portugiża. Il-Portugall jilagħbu fi Grupp F flimkien mal-Ungerija, Franza u l-Ġermanja.
Il-coach tal-Portugall sejjaħ għall-ewwel darba lill-attakkant ta’ Sporting Lisbon Pedro Goncalves li kellu stapun mill-aqwa fil-Primeira Liga hekk kif skorja 23 goal u għen lit-tim tiegħu jirbaħ il-Kampjonat.
L-iskwadra msejjħa minn Fernando Santos hija:
Goalkeepers: Anthony Lopes (Olympique Lyon), Rui Patricio (Wolverhampton Wanderers FC), Rui Silva (Granada CF);
Difensuri: Joao Cancelo (Manchester City), Nelson Semedo (Wolverhampton Wanderers FC), Jose Fonte (LOSC Lille), Pepe (FC Porto), Ruben Dias (Manchester City), Nuno Mendes (Sporting CP), Raphael Guerreiro (Borussia Dortmund);
Midfielders: Danilo Pereira (PSG), Joao Palhinha (Sporting CP), Ruben Neves (Wolverhampton Wanderers FC), Bruno Fernandes (Manchester United FC), Joao Moutinho (Wolverhampton Wanderers FC), Renato Sanches (LOSC Lille), Sergio Oliveira (FC Porto), William Carvalho (Real Betis Bolompie);
Attakkanti: Pedro Goncalves (Sporting CP), Andre Silva (Eintracht Frankfurt), Bernardo Silva (Manchester City FC), Cristiano Ronaldo (Juventus FC), Diogo Jota (Liverpool FC), Goncalo Guedes (Valencia CF), Joao Felix (Atlético Madrid), Rafa Silva (SL Benfica).
//= $special ?>