Internazzjonali

El Salvador: Sejba ta’ katavri fil-ġnien ta’ eks pulizija

Eks pulizija qed jgħin fl-istħarriġ tal-awtoritajiet wara li nstabu l-fdalijiet ta’ mill-anqas 24 persuna fil-ġnien tad-dar tiegħu. Intant, kapaċi hemm talanqas 40 ‘vittma’ mifdunin fil-ġnien, bil-parti kbira tal-katavri jkunu ta’ nisa jew bniet.

Is-suspettat, li jimsu Hugo Ernesto Osorio Chávez, kien arrestat aktar kmieni dan ix-xahar dwar il-qtil ta’ mara ta’ 57 sena u bintha ta’ 26 sena. Il-pulizija jemmnu, intant, li l-iskoperta makabra fil-ġnien hi relatata ma’ ‘grupp sigriet ta’ qattiela’ li ilhom iwettqu sensiela ta’ omiċidji għal dawn l-aħħar għaxar snin.

L-El Salvador hu fost l-aktar pajjiżi Latini Amerikani b’rati għoljin ta’ omiċidji tan-nisa.