Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn karozza fil-Fgura

Dalgħodu fit-8:00am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq San Tumas, il-Fgura.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mara ta’ 54 sena residenti Ħal Tarxien, intlaqtet minn Toyota Vitz, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 31 sena residenti l-Fgura.

Il-vittma ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei u ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.