Sport Sport Ieħor

Giacomo Nizzolo jirbaħ it-tlettax-il stadju tal-Giro D’Italia

Giacomo Nizzolo rebaħ t-tlettax-il stadju tal-Giro D’Italia u l-ewwel wieħed għalih personali fl-edizzjoni ta’ din is-sena meta fl-aħħar metri tat-tellieqa, fi sprint kombattuta, għadda lil Edoardo Affini li temm fit-tieni post.

Fit-tielet post spiċċa Peter Sagan ta’ Bora-Hansgrohe segwit minn Davide Cimolai fuq Israel Start-up Nation. Fil-ħames u s-sitt post temmew Fernando Gaviria Rendon u Stefano Oldani ta’ UAE Emirates u Lotto Soudal rispettivament. Andrea Pasqualon li daħal fis-seba’ post kien sewgit minn Max Kanter ta’ Team KSM u Elia Viviani ta’ Cofidis, filwaqt li Dylan Groenewegen ta’ Jumbo Visma temm fl-għaxar post.