Kull player ikun jixtieq jirrapreżenta lil pajjiżu fuq livell internazzjonali iżda b’mod speċjali kull player ikun jixtieq li jintgħażel għall-fażi finali ta’ Tazza tad-Dinja jew ta’ Kampjonati Ewropej.
Il-player Skoċċiż ta’ Chelsea Billy Gilmour kien inkluż fil-lista ta’ 26 player magħżula minn Steve Clarke għall-fażi finali tal-Euro 2020 tax-xahar li ġej. Gilmour minkejja li ma kienx regolari fit-tim ta’ Thomas Tuchel, lagħab xi partiti taħt it-tmexxija ta’ Frank Lampard ma’ Cheslea fejn fost l-oħrajn impressjona fil-partita kontra Liverpool. Billy Gilmour li għandu 19-ilsena lagħab 12-il partita għat-tim nazzjonali tal-Iskozja ta’ taħt il-21 sena u din se tkun l-ewwel esperjenza tiegħu mat-tim nazzjonali A ta’ pajjiżu. Il-coach tal-Iskozja sejjaħ ukoll għadd ta’ żagħżagħ oħra fosthom David Turnbull ta’ Cletic u Nathan Patterson ta’ Rangers.
Intant, fl-iskwadra ta’ Steve Clarke ma kienx hemm post għall-attakkant ta’ Celtic Leigh Griffiths b’ħafna jsostnu li l-Iskozja se jkunu qed ibagħtu biex jiskrojaw fl-Euro 2020
//= $special ?>