Il-Kolombja mhux se tospita l-Copa America s-sajf li ġej wara serje ta’ protesti li laqtu l-pajjiż fl-aħħar xhur. Il-Kolombja u l-Arġentina kienu se jkunu qed jospitaw dan it-tournament għal-ewwel darba, fil-105 snin ta’ storja tiegħu.
Fil-Kolombja, numru kbir ta’ persuni ħarġu jipprotestaw fit-toroq kontra l-Gvern Kolombjan, fejn kellhom jitħassru wkoll xi partiti mill-kompetizzjoni tal-Amerka t’Isfel, il-Copa Libertadores.
It-tournament kien mistenni li jibda fit-13 ta’ Ġunju sal-10 ta’ Lulju, f’Baranquilla l-Kolombja. Minkejja dan, l-Arġentina offrit li tospita it-tournament kollu hi.
MInbarra l-protesti kontra pjan ta’ taxxa kontroversjali, il-Kolombja kienet milquta wkoll mill-pandemija, fejn sa din il-ġimgħa kawża tal-pandemija mietu madwar 83,000 persuna.
//= $special ?>