Mhux kulħadd ikollu l-opportunità li f’ħajtu jiċċelebra għeluq il-100 sena tiegħu. Iżda min ikollu din ix-xorti…dejjem ikun simbolu ta’ ispirazzjoni għal ġenerazzjonijiet iżgħar.
Il-Maġġur Maurice Agius din il-ġimgħa għalaq mitt sena… mitt sena li fost l-oħrajn kienu karatterizzati mis-sehem tiegħu fit-Tieni Gwerra Dinjija. Net News iltaqa’ miegħu fis-Simblija Care Home, fejn ilu residenti f’din id-dar għal din l-aħħar sena. Huwa qalilna li qatt ma beża’ mill-gwerra hekk kif dejjem ħass li dan kien id-dmir u d-dover tiegħu… li jipproteġi lil pajjiżna. Maurice twieled Tas-Sliema fl-20 ta’ Mejju tal-1921, iben Edward u Mary Agius…huwa ir-raba’ wieħed minn sitt aħwa.

Huwa jirrakkonta kif ta’ tnax-il sena kien iltaqa’ mal-mara tiegħu Sheila, li sfortunatmanet tilfet ħajjithom madwar għoxrin sena ilu. Maurice jirrakonta kif meta kienu żgħar kienu jiltaqgħu Għar id-Dud hekk kif kien il-post rinomat fejn it-tfajliet u l-ġuvintur kienu jiltaqgħu u jqattgħu ftit tal-ħin flimkien.
Il-Maġġur Agius, missier ta’ tlett itfal, nannu ta’ erbgħa u bużnannu ta’ tlieta… qalilna li peress li kien iservi bħala fizzjal, ma tantx kellu ħin għall-familja. Huwa sjpegalna kif meta wieħed ikun fis-servizz, kien jidħol xogħol meta jsejħulu għalhekk il-ħin li kien iqatta’ mal-familja tiegħu kien limitat ferm.

Wara li għamel ħajtu kollha jservi bħala fizzjal, meta kiber fl-età, beda jieħu ħsieb il-Malta Memorial District Nursing Association.
Ilbieraħ, id-Dar tal-Anzjani fejn huwa residenti Maurice, organizzzat festin żgħir sabiex jitfakar għeluq sninu. Festin li kien karatterizzat minn żfin u atmosfera ħelwa ta’ ferħ.


