Lokali

Illejla fuq Net Live Dr Chris Barbara jwieġeb il-mistoqsijiet tagħkom

Ibgħat il-mistoqsijiet tiegħek fuq in-numru ta' whatsapp 7778 2020

Illejla, mistieden fuq il-programm Net Live immexxi minn Robert Cremona, se jkun hemm il-virologu Chris Barbara li fost l-oħrajn ser ikun qed iwieġeb mistoqsijiet li jkunu ntbagħtu b’rabta mal-Covid.

Il-programm jibda fis-6.10pm eżatt wara l-aħbarijiet fuq Net Tv.

Min jixtieq jibgħat il-mistoqsijiet tiegħu għal Chris Barbara jista’ jagħmel dan fuq il-whatsapp number 77782020.