Net news jista’ jikkonferma li l-Gvern ħassar ir-Regatta li kellha ssir fid-29 ta’ Mejju.
Diversi dilettanti li tkellmu magħna qalulna li dan se jfisser piż finanzjarju enormi fuq il-clubs rispettivi. Dan minkejja li minn nhar it-Tnejn se jkun jista’ jibda t-taħriġ għal sports ta’ kuntatt għal persuni ta’ aktar minn 17-il sena kif ukoll kompetizzjonijiet organizzati, kampjonat u avvenimenti sportivi ta’ mingħajr kuntatt.

Bl-ewwel Regatta tas-sena kienet skedata għall-31 ta’ Marzu, iżda wara li l-Avviż Legali pprojbixxa l-isport kollu, l-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor kienet ipposponiet minflok tikkanċella r-Regatta. Bil-parteċipanti u l-clubs parteċipanti jitħallew fl-għama għal bosta ġimgħat, fl-14 ta’ Mejju, kien tħabbar li r-Regatta kienet skedata għad-29 ta’ Mejju.
L-aħħar Regatta li saret kienet dik ta’ Settembru li għadda fejn dakinhar wara Risk Assessment li sar mill-Għaqda kienet ġiet organizzata bl-aktar mod sigur.
//= $special ?>