Il-Kumitat Organizzattiv tal-Euro 2020 fir-Russja, kkonferma li l-pajjiż se jħalli partitarji minn barra l-pajjiż jattendu għal-logħob tal-Euro 2020 f’St.Petersburg mingħajr bżonn ta’ visa.
Ir-Russja bħalissa bħal kull pajjiża madwar id-dinja qed tkun kawta fil-persuni li taċċetta fil-pajjiż minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Il-ground ta’ St. Petersburg se jkun qed jospita 50% tal-kapaċita tiegħu fejn se jkunu qed jintlagħbu seba’ partiti fosthom l-kwartifinali. L-Euro 2020 jibda fil-11 ta’ Ġunju u jintemm xahar wara.
//= $special ?>