Kultura Lokali Mużika

“Is-settur tad-divertiment, arti u kultura huwa essenzjali għall-iżvilupp sħiħ tal-persuna” – Bernard Grech

Ritratt: Martin Agius

F’post fuq il-media soċjali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li s-settur tad-divertiment, l-arti u l-kultura huwa essenzjali għall-iżvilupp sħiħ tal-persuna. Barra minn hekk l-għajxien ta’ ħafna jiddependi minn dan is-settur.

Huwa qal li bħalma nstabu soluzzjonijiet għal setturi oħra għandna dmir li taħt protokolli stretti jiġu identifikati u jitwettqu soluzzjonijiet għal dan is-settur ukoll. Bernard Grech saqsa għaliex il-Gvern għadu ma ħabbarx pjan konkret ta’ kif l-attivitajiet jistgħu jerġgħu jiġu organizzati b’mod sikur. “Dan hu każ ieħor fejn mal-ħażin jeħel it-tajjeb.”

Ikkummenta