Sport Sport Ieħor

Jake Muscat jirbaħ il-kampjonat domestiku ma’ Jadran Herceg Novi fil-Motenegro

(Ritratt: Neptunes)

Il-plejer Malti ta’ Neptunes Jake Muscat rebaħ il-kampjonat domestiku tal-waterpoli fil-Montenegro, mat-tim ta’ Jadran Herceg Novi. Jadran għelbu lil Primorac 10: 5 (3: 0, 2: 2, 4: 2, 1: 1) fir-raba’ logħba u l-aħħar waħda mis-serje tal-finali.

Jake Muscat li għandu 18-il sena ħalla pajjiżna f’Novembru li għadda biex jilgħab fil-Montenegro fej kien strumentali biex it-tim tiegħu jgħaddi għas-semi finali, fejn skorja darbtejn. Muscat aktar kmieni fl-istaġun iddebutta wkoll fl-ogħla kometizzjoni tal-waterpolo fl-Ewropa.