Il-kowċ ta’ Wolves il-Portugiż Nuno Espirito Santos se jkun qed iħalli lil club wara l-aħħar partita ta’ Wolves fil-Premier League kontra Manchester United. Espirito Santos ilu jmexxi lil Wolves għall-aħħar erba’ staġuni. Dan kien ikkonfermat mill-club Ingliż fl-aħħar minuti.
F’dawn l-erba’ staġuni il-Portugiż mexxa lil Wolves għall-promozzjoni mic-Championship għal Premier League, fejn temmew fis-seba’ posizzjoni għal-żewġ staġuni konsekuttivi. Wolves waslu wkoll sal-kwarti finali tal-Europa League, iżda dan l-istaġun ma rnexxielhomx jiksbu r-riżultati ta’ staġuni preċedenti.
//= $special ?>