Sudaniż ta’ 22 sena ġie kundannat sena ħabs sospiżi għal sentejn mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit wara li b’qerq ta dettalji foloz lill-Pulizija u lill-uffiċċju tal-kummissarju tar-refuġjati. Fid-9 ta’ April tas-sena l-oħra Abdalla Mohammed Mahmud minn Darfur kien inqabad mill-uffiċjali tal-immigrazzjoni stazzjonati l-ajruport jipprova jaqbad titjira lejn Brussel permezz ta’ passaport Taljan u permess ta’ residenza falza.
Meta kienet ittieħditlu stqarrija mill-Pulizija, qalilhom li jismu Ahmad Khawajih u hu stess iffirma l-istess stqarrija. Meta kien tressaq il-Qorti dwar dan huwa kien irrisponda għal isem ta’ Ahmad Khawajih. Meta spiċċa l-każ tiegħu kien ordnat sabiex jinżamm fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Far sakemm jiġi ripatrijkat lejn l-Italja peress li hu immigrant ta’ l-Italja. u ma jistax jagħmel aktar minn tliet xhur f’Malta u lanqas jista jaħdem.
Wara ġab passaport Taljan u permess ta’ residenza mingħand ħabib tiegħu fejn ġie nnotat li kienu b’isem differenti minn dak li ta lill-Pulizija sa dak iżmien. U l-isem issa kien il-propja tiegħu, dak ta’ Andallah Mohammed Mahmud. Huwa kien stqarr li kien ilu Malta mill-2015 u ġie għax-xogħol.
Stqarr ukoll li mar l-uffiċċju tal-kummissarju tar-refuġjati fejn stqarr li jismu Ahmad Khawajih, li mhuwiex ismu propja u dan biex ma jindunawx li hu immigrant mill-Italja. Stqarr ukoll li rnexxielu jġib numru tal-VAT bl-isem ta’ Ahmad Khawajih. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Karl Roberts mill-Uffiċċju Prinċipali tal-Immigrazzjoni. Għal ħati deher l-Avukat Jason Grima.
//= $special ?>