Futbol Sport

Sergio Aguero se jingħaqad ma’ Barcelona sal-2023

L-attakkant Arġentin Sergio Aguero laħaq ftehim biex fi tmiem ta’ dan l-staġun jiagħaqad ma’ Barcelona, wara li dan l-istaġun spiċċalu l-kuntarr ma’ Manchester City. Jidher li l-ħbiberija ta’ Aguero u Lionel Messi kienet fattur determinanti fid-deċiżjoni li Aguero jissieħeb lil Barcelona.

Aguero mistenni jiffirma kuntratt ta’ sentejn sal-2023 b’salarju ta’ ftit inqas minn €10 miljun. Aguero li għandu 33 sena, skorja 182 gowl f’247 partita ma’ Man City, wara karriera ta’ 10 snin fl-Ingilterra. Għal Aguero, din se tkun it-tieni esperjenza fi Spanja, fejn mill-2005 sal-2011 lagħab għal Atletico Madrid fejn skorja 74 gowl għat-tim minn Madrid.