Internazzjonali

Waqfien mill-ġlied wara 11-il jum ta’ bumbardament

Ritratt: Reuters

Daħal fis-seħħ il-waqfien mill-ġlied bejn l-Iżrael u l-grupp militanti Palestinjan Hamas. Dak l-imsejjaħ ceasefire beda kmieni dalgħodu, u ġab fi tmiemu 11-il jum ta’ bumbardament li fihom mietu aktar minn 240 persuna, il-maġġoranza tagħhom f’Gaża.

Il-Palestinjani ħarġu fit-toroq ta’ Gaża ftit wara li ħarġet din l-aħbar. Il-President Amerikan Joe Biden qal li l-waqfien mill-ġlied ġab “opportunità ġenwina” għall-progress.

Ilbieraħ aktar minn 100 attakk mill-ajru kienu mmirati lejn l-infrastruttura tal-Hamas fit-tramuntana ta’ Gaża, dan filwaqt li l-Hamas irritalja bir-rokits.