Atletico Madrid huma ċ-champions il-ġodda tal-La Liga wara li għelbu lil Real Valladolid bl-iskor ta’ 2-1. Min-naħa l-oħra ir-rebħa ta’ Real Madrid fuq Villareal ma kinitx biżejjed biex jaqbżi lil Atletico fil-quċċata tal-klassifika.
Atletico Madrid marru minn taħt fit-18 -il minuta permezz ta’ OSCAR PLUNO iżda ANGEL CORREA ġab id-draw fis-57 minuta. Biex 10 minuti wara LUIS SUAREZ skorja il-gowl importanti li ta’ il-ħdax-il titlu lil Atletico Madrid.

Atletico Madrid temmew l-istaġun b’86 punt, żewġ punti fuq Real Madrid. Matul din is-sena, Atletico rebħu 26 partita, fejn ġew draw 8 darbiet filwaqt li sofrew 4 telfiet. Bla dubju, Luis Suarez kien l-aktar plejer importanti tagħhom wara li ingħaqad magħhom mingħand Barcelona, fejn skorja xejn inqas minn 21 gowl, fi staġun mill-aqwa ma’ Atletico Madrid.
//= $special ?>