Formula 1 Sport

Charles Leclerc se jibda minn quddiem nett fil-Grand Prix ta’ Monaco

(Ritratt: EPA)

Charles Leclerc se jkun qed jibda mill-ewwel post fil-Grand Prix ta’ Monaco bis-sessjoni ta’ kwalifikazzjoni jkollha tintemm qabel il-ħin previst minħabba inċident li l-istess Leclerc kellu. Fit-tieni post se jkun qed jibda s-sewwieq ta’ Red Bull filwaqt li fit-tielet post se jibda s-sewwieq ta’ Mercedes Valtteri Bottas. Carlos Sainz ta’ Ferrari u Lando Norris ta’ Mc Laren se jkunu qed jibdew mir-raba’ u mill-ħames post rispettivament. Pierre Gasly u c-champion renjanti Lewis Hamilton se jibda mis-sitt u mis-seba’ post filwaqt li Sebastian Vettel se jibda mit-tmien post. Sergio Perez u Antonio Giovinazzi se jibdew mid-disa’ u mill-għaxar post rispettivament. Il-Grand Prix tal-Ħadd tibda 3.00pm ta’ waranofsinhar.

Kif se jibdew:

  1. C. Leclerc, 2. M. Verstappen, 3. V. Bottas, 4. C. Sainz, 5. L. Norris, 6. P. Gasly, 7. L. Hamilton, 8. S. Vettel, 9. S. Perez, 10. A. Giovinazzi, 11. E. Ocon, 12. D. Ricciardo, 13. L. Stroll, 14. K. Raikkonen, 15. G. Russell, 16. Y. Tsunoda, 17. F. Alonso, 18. N. Latifi, 19. N. Mazepin, 20. M. Schumacher