Paris to Istanbul huma duo magħmul minn Ivan Borg (Red Electrick, The Rifffs) u Jay Zinga (Mathematikal, Godzilla Power Hour). Filwaqt li fil-passat dawn it-tnejn kienu familjari max-xogħol ta’ xulxin fil-bands rispettivi, iltaqgħu għall-ewwel darba lejn l-aħħar tal-2020 meta sabu ruħhom jgħixu fl-istess triq, ftit bibien ‘il bogħod minn xulxin. Hawnhekk skoprew li t-tnejn għandhom passjoni għall-funk, id-diskoteka, u l-pop. Kien għalhekk illi iddeċidew li jingħaqdu flimkien biex issa kitbu l-ewwel materjal tagħhom Happy on Time.
Happy on Time ta’ Paris to Istanbul bdiet bħala track bi strumenti biss, spirata minn still retro. Meta din ġiet irrekordjata Ivan u Jay ħassew il-bżonn ta’ kantant jew kantanta biex tagħmel it-track aktar kompluta. Kien hawnhekk fejn saret il-kollaborazzjoni ma’ Bee, fejn Happy on Time inbidlet fuq stil aktar pop.
Instagram: www.instagram.com/paristoistanbul
Facebook: www.facebook.com/paristoistanbul
//= $special ?>