Lokali

Iġarrab ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura fil-Pietà

Arkivji

Raġel mis-Siġġiewi kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn vettura fi Triq ix-Xatt, fil-Pietà.

Il-każ seħħ ftit wara l-għaxra tal-Ġimgħa filgħaxija meta għal xi raġuni l-vittma ntlaqat minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 48 sena minn Kerċem, Għawdex.

Fil-post ġiet msejħa minnufih ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.