Waqt Il-71 Kungress tal-FIFA kienet approvata l-proposta biex isir studju sabiex it-Tazza tad-Dinja tal-Irġiel kif ukoll dik tan-Nisa tibda ssir kull sentejn minflok kull erba’ snin. Din il-proposta kienet li saret mill-Federazzjoni tal-Futbol tal-Arabja Sawdita għaddiet b’166 vot favur filwaqt li 22 federazzjoni vvutaw kontra. Permezz ta’ dan, jekk it-Tazza tad-Dinja tibda ssir kull sentejn il-FIFA tkun qed tagħmel profitt doppju minn dak li qed tagħmel bħalissa. Il-President tal-FIFA Gianni Infantio qal li jixtieq li l-logħba tal-futbol tkun aktar globali u ma tibqgħax iddominata mill-futbol fl-Ewropa u fl-Amerika t’isfel, bl-istess President jikkritika wkoll l-aġenti tal-players li qed idaħħlu flus kbar mit-trasferimenti tal-players.
Il-Kungress tal-FIFA japprova biex isir studju biex it-Tazza tad-Dinja ssir kull sentejn
