Lokali

Immaġni ta’ Garnija fuq ir-Ramla tal-Mixquqa

Madwar 500 biċċa ta’ ħwejjeġ użati intużaw biex iffurmaw immaġni ġganteska ta’ Garnija… wieħed mill-għasafar tal-baħar ta’ pajjiżna li jinsabu fil-periklu.

Din l-immaġnia nħolqot fuq il-bajja tar-Ramla tal-Mixquqa fil-Jum Internazzjonali dwar id-Diversità Bijoloġika bl-għan ewlieni jkun l-importanza tal-ħarsien tan-natura u l-ekosistema lokali.

Net News tkellem mal-Koordinatur tal-Attivitajiet għall-Park tal-Majjistral, Tamsin Caruana fejn spjegatilna aħjar fhix kien jikkonsisti x-xogħol biex fl-aħħar mill-aħħar ittellgħet din l-immaġni f’pajjiżna, bħala parti minn inizjattiva internazzjonali.

Il-Kap tal-Konservazzjoni ta’ BirdLife Malta, Nicholas Barbara spjegalna l-importanza ta’ attività bħal din.

Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-ambjent, Robert Cutajar fejn għadda l-messaġġ tiegħu favur il-ħarsien tan-natura.

Din l-attività li ttellgħet f’pajjizna minn Birdlife Malta flimkien mal-Park tal-Majjistral kienet parti minn inizjattiva li rat immaġni tal-istess tip, kemm speċi ta’ annimali u anke pjanti varji, jinħolqu madwar id-dinja kollha u li ġew iddokumentati f’xandira sħiħa fuq YouTube.