Lokali

Imut Salvu Dalli – ir-raġel akkużat bil-qtil ta’ ibnu

Fl-aħħar ħin tilef ħajtu Salvu Dalli, ir-raġel li kien akkużat li qatel lil ibnu f’Ħal Għaxaq f’Awwisu 2020.

Dan hekk kif Dalli li kellu 68 sena, kien qiegħed jingħata l-kura l-isptar wara li fi Frar ingħata l-ħelsien mill-arrest wara seba’ xhur il-ħabs.

Il-każ kien  seħħ fis-7 ta’ Awwissu tas-sena li għaddhiet meta Antoine Dalli ta’ 37 sena kien instab ferut minn tir t’arma tan-nar f’żaqqu  fil-kamra tal-banju f’residenza fi Triq il-Gudja f’Hal Ghaxaq, il-vittma kien gie ċċertifikat mejjet fil-post.