L-aħħar ġurnata tas-Serie A se tkun deċiżiva għal min se jkun qed jieħu sehem fil-UEFA Champions League l-istaġun li ġej. Għalkemm il-partiti tal-lum ftit li xejn g]andhom impatt fuq il-klassifika finali, hekk kif iċ-champions u t-timijiet relaegati huma diġa ikkonfermati, il-partiti ta’ għada se jkunu deċiżivi.
Il-partita l-aktar li tispikka se tkun il-partita bejn Atalanta u Milan, li jinsabu fit-tieni u fit-tielet post tal-klassifika, fejn iż-żewġ timijiet se jfittxu li jiksbu t-tliet punti minħabba l-impatt li dan se jkollu fuq l-istaġun ta’ wara. Filwaqt li Napoli jafforntaw lil Verona f’darhom, jidher li l-akbar test se jkun għal Juventus li għadhom ġejjin mir-rebħa tal-Coppa Italia, fejn se jaffrontaw lil Bologna barra minn darhom. Għal Juventus, post barra miċ-Champions League jitfa’ dubji serji dwar il-futur ta’ Cristiano Ronaldo u l-kowċ Andrea Pirlo.
Illum Cagliari v Genoa 8.45pm, Sampdoria v Parma 8.45pm, Crotone v Fiorentina 8.45pm Għada Inter v Udinese 3.00pm, Atalanta v Milan 8.45pm, Bologna v Juventus 8.45pm, Sassuolo v Lazio 8.45pm, Torino v Benevento 8.45pm, Napoli v Verona 8.45pm, Spezia Roma 8.45pm
//= $special ?>