L-attakkant Pollakk ta’ Bayern Munich Robert Lewandowski kiser ir-rekord ta’ Gerd Muller fl-aħħar partita tal-kampjonat hekk kif skorja l-41 gowl tiegħu dan l-istaġun. Muller dan l-istaġun skorja 53 gowl f’46 partita dan l-istaġun.

Fl-aħħar partita tal-istaġun kontra Augsburg Bayern Munich kisbu rebħa ta’ 5-2 f’partita fejn it-tim sellem lil coach Hansi Flick li mistenni jinħatar coach tal-Ġermanja fis-sajf li ġej u l-players, David Alaba, Javi Martinez u Jerome Boateng li kollha lagħbu l-aħħar partita ma’ Bayern.
BUNDESLIGA
Illum: B. Dortmund v B. Leverkusen 3-1, E. Frankfurt v Freiburg 3-1, Koln v Schalke 1-0, Hoffenheim v H. Berlin 2-1, U. Berlin v RB Leipzig 2-1, Stuttgart v A. Bielefeld 0-2, W. Bremen v B. Moenchengladbach 2-4, Wolsburg v Mainz 2-3, B. Munich v Augsburg 5-2.
//= $special ?>