Lokali

Mara bi ġrieħi gravi wara li ttajret minn vettura fis-Siġġiewi

Anzjana mis-Siġġiewi kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqtet minn karozza fis-Siġġiewi stess.

Il-każ seħħ ftit wara s-sebgħa tal-Ġimgħa filgħaxija fi Triq ta’ Brija meta għal xi raġuni l-vittma ta’ 81 sena ttajret minn vettura misjuqa minn mara ta’ 48 sena mis-Siġġewi wkoll.

Fil-post ġiet msejħa ambulanza li ħadet lil mara l-isptar għal aktar kura fejn ġiet iċċertifikata li ġarbet ġrieħi gravi.