Lokali Mużika

“Twelidt għal din is-serata” – Omm Destiny b’messaġġ għal qabel il-finali tal-Eurovision

“Fl-aħħar wasal il-jum tal-finali tal-Eurovision Song Contest, il-mument wasal – twelidt għal din is-serata”.

Hekk sostniet permezz ta’ post fuq il-mezzi soċjali Alexia Chukunyere, omm il-kantanta ta’ 18-il sena, Destiny, li llejla se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest f’Rotterdam.

Omm il-kantanta saħqet li l-Gżejjer Maltin flimkien mal-bqija tal-Ewropa u l-Awstralja se jkunu qed jagħtu s-sostenn kollu tagħhom lil Destiny filwaqt li insistiet li hi u missierha huma ferm kburin biha.

Hija ħeġġet lil bintha biex “turihom x’taf” u li jiġri x’jiġri pajjiżna huma kburin biha.

Il-kanzunetta ‘Je Me Casse’ għada fost il-favoriti li tasal sal-quċċata tal-kompetizzjoni madanakollu l-kanzunetti tal-Italja u Franza huma l-aktar favoriti qalb il-lagħaba.