Lokali

Uffiċjal Pubbliku jittieħed l-isptar wara li kien attakkat minn 5 ħaddiema

Uffiċjal ta’ Transport Malta ta’ 60 sena kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa wara li s-Sibt filgħodu kien ħebbew għalieh 5 ħaddiema li kienu qed jaħdmu fi triq f’Birkirkara.

Kelliema għal Pulizija spjegaw ma’ Net News li l-każ seħħ fi Triq l-Imdina meta l-uffiċjal kien qed jidderiġi t-traffiku f’zona fejn qed isiru xi xogħlijiet.

Kien hawnhekk li għal xi raġuni nħoloq argument bejn l-uffiċjal u l-ħaddiema – argument li sussegwentament eskala.

Filwaqt li l-uffiċjal ittieħed l-isptar għal aktar kura, bil-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhux magħrufa – il-Pulizija qed tkellem lil persuni involuti sabiex jassistuha fl-investigazzjoni.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.