Fl-aħħar waslet. Is-serata li eluf ta’ Maltin u Għawdxin ikunu qed jistennew bil-ħerqa.
Wara li s-sena li għaddiet, il-festival tal-Eurovision tħassar minħabba l-firxa tal-pandemija madwar id-dinja…. illejla f’Rotterdam se tittella’ s-serata finali ta’ din il-kompetizzjoni.
Kompetizzjoni li ta’ kull sena f’pajjiżna toħloq kontroversja jew tnejn.
Din is-sena kelna l-kontroversja tal-libsa ta’ Destiny… il-kantanta brava żagħżugħa li se tirrappreżentana fl-Olanda bil-kanzunetta Je Me Casse. Kanzunetta li fiha messaġġ ta’ empowerment li Destiny tixtieq tgħaddi lil kull min jismagħha.
Ħobbu jew obgħodu… dan hu festival li jgħaqqad lil ħafna Maltin u l-Għawdxin… li llejla… bla dubju ta’ xejn… se jkunu kollha bi ħġarhom wara Destiny.

