Fl-aħħar sigħat ġew irreġistrai 5 każijiet ġodda tal-Coronavirus, bi 8 persuni ifiqu mill-virus.
Dan ħareġ minn post fuq Facebook mill-Ministeru tas-Saħħa fejn intwera li issa l-każijiet attivi niżlu għal 81. Apparti dan għas-sittax-il jum konsekuttiv, ma kien hemm ebda persuna li tilfet ħajjitha kawża ta’ dan il-virus bin-numru ta’ vittmi issa baqa’ dak ta’ 417.
Il-proċess tat-tilqim din il-ġimgħa ġie estiż biex jinkludi lill-adulti kollha u sal-lum huma 175,246 il-persuni ħadu d-doża sħiħa, b’total ta’ 468,829 tilqima jingħataw f’Malta u Għawdex sa mill-bidu tal-proċess.
//= $special ?>