Lokali

Appell mill-kantanta Ira Losco sabiex tittieħed azzjoni

“Aħna nixxenqu għall-mużika, l-arti u l-prestazzjonijiet iżda dawn għandna bżonnhom biex naqilgħu l-għixien tagħna” stqarret dan il-Kantanta Ira Losco.

Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali hija stqarret li it-teatri ilhom vojta għall-iktar minn sena u l-prestazzjonijiet kienu minimi għall-diversi artisti.

Hija stqarret li minkejja li t-teatri ser ikunu qed jiftħu mill-ġdid fis-7 ta’ Ġunju, għad m’hemm l-ebda restrizzjonijiet u linji gwida sabiex wieħed jimxi magħhom.

Ira losco temmet tgħid li dan huwa xogħol u mhux passatemp.