Għall-ħabta tal-ħdax tal-Ħadd filgħaxija waslet lura f’pajjiżna Destiny… l-ambaxxatriċi ta’ pajjiżna fil-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena li sar f’Rotterdam.
Fl-ewwel kummenti tagħha lil Net News Destiny irringrazzjat lill-poplu Malti u Għawdxi kollu għas-sapport kbir li tawha. Hija ddeskriviet din l-esperjenza bħala waħda li mhu se tinsa qatt.
Il-kantanta Maltija Destiny kklassifikat fis-seba’ post fil-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest wara li kisbet total ta’ 255 punt.
//= $special ?>