Futbol Sport

Għadd ta’ partitarji ta’ Inter jinġabru quddiem San Siro biex jiċċelebraw ir-rebħ tas-Serie A

Għadd ta’ partitarji ta’ Inter inġabru quddiem Stadio San Siro sabiex jiċċelebraw ir-rebħ tas-Serie A hekk kif wara l-partita kontra Udinese se jkunu preżentati bl-‘Scudetto’. Inter rebħu dan il-kampjonat wara 11-il sena fejn taħt it-tmexxija tal-coach Antonio Conte kienu l-aktar tim konsistenti.

Uħud mill-partitarji nġabru quddiem il-ground minn sigħat qabel ma bdiet il-partita fejn stennew ukoll il-wasla tal-players.