Il-Partit Nazzjonalista huwa determinat li jagħti prijorita assoluta lill-qasam tal-isport… settur ferm għal qalb il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.
Fid-diskors tiegħu tal-Ħadd, Bernard Grech tkellem fost l-oħrajn dwar il-motorsport.. settur li jikludi fih diveri dilettanti li għandhom għal qalbhom dan it-tip ta’ sport. Gven Laburista ilu iktar minn tmien snin iwiegħed li se jagħmel trakka għal dawn il-persuni li jħaddnu dan l-isport… wegħda li baqgħet qatt ma twettqet.
“Jien qed inwiegħed b’mod l-iktar ċar illi ladarba din verament nara li hija prijorita għal dawn il-persuni illi jħaddnu dan it-tip ta’ sport, se nkun qed nara li t-trakka ssir mingħajr ma tinqered art li hija prezzjuża. U żġur li hemm fejn tista’ ssir u diġà identifikajna fejn tista’ ssir u mhux se nħallu li xi ħaddieħor illi għandu ineteressi kummerċjali jieħu minn din l-art biex isir sinjur hu u jerġa’ għal darb’oħra trakka ma ssirx. Għalhekk għadha ma saritx it-trakka f’pajjiżna imma jiena qed nagħti l-kelma tiegħi li t-trakka ssir għax dawn id-dilettanti għandhom id-dritt li jgawdu l-isport. “
Bernard Grech qal li dawn il-persuni jissejħu dilettanti għax m’għandhomx post minn fejn joperaw. Mal-mument li jkollhom post minn fejn joperaw, dawn ikunu jistgħu jsirun professjonisti f’dan l-isport.
Il-Kap tal-PN qal li filfatt diġà hemm persuni li għandhom din il-kapaċita u ppreżentaw lil pajjiżna barra minn xtutna. Apparti d-dilettati tal-Motorsport Bernard Grech tkellem ukoll dwar dawk li għandhom id-delizzju tal-4 by 4.
“Anke dawk qed naħsbu fihom, anke lil dawk irridu li jkollhom fejn biex anke huma jgawdu minn dan l-isport. Ejjew napprezzaw li llum kulħadd għandu modi differenti kif jirrilassa ruħu u kif irid jinvesti l-ħin tiegħu. Dawn, kif qegħdin nidentifikawhom, se nkunu qed nindirizzawhom kollha.“
//= $special ?>