Futbol Sport

Haley Bugeja b’doppjetta f’rebħa kbira għal Sassuolo

Haley Bugeja kompliet timpressjona fis-Serie A Femminile hekk kif skorjat doppjetta f’rebħa kbira ta’ 6-1 li Sassuolo kisbu fuq Empoli.

Bugeja skorjat ir-raba’ gowl fir-rebħa ta’ Sassuolo. Martina Tomasselli fetħet l-iskor wara tliet minuti, filwaqt li Maria Luisa Filangeri rdoppjat tliet minuti wara. Benedetta Glionna naqset l-iskor għal Empoli. Haley Bugeja għamilthom 3-1 fit-48 minuta fejn wara li daħlet fil-kaxxa kkonkludiet għal wara l-gowlkiper. L-istess Bugeja għamilthom 4-1 fis-56 minuta b’konklużjoni mill-isbaħ minn barra l-kaxxa biex Claudia Ferrato u Michela Cambiaghi għamluhom 6-1.

Dan kien it-12-il gowl ta’ Bugeja f’dan l-ewwel staġun tagħha fis-Serie A Femminile.