Illum fuq NetTV mill-4.00 pm ‘l quddiem jixxandar il-programm numru 29 mis-serje SPORT EXTRA . Fl-ewwel parti tal-programm intervista ma’ DAVID CREMONA li dan l-aħħar kien elett bħala Commodore tar-Royal Malta Yacht Club. Fl-intervista mhux biss dettalji dwar il-programm ta’ ibburdjar għal din is-sena iżda wkoll l-aħħar dettalji dwar l-edizzjoni ta’ din is-sena tar-Rolex Middle Sea Race.
Fit-tieni parti l-enfażi fuq il-waterpolo u l-impenji li t-timijiet nazzjonali taż-żgħażagħ għandhom fil-jiem li ġejjin. Charles Camenzuli intervista lil kowċ nazzjonali tat-timijiet ANTHONY FARRUGIA fejn fost tant restrizzjonijiet minħabba l-pandemija tal-Covid-19 gfħaddejja l-preparazzjoni intensiva għall-impenji Ewropej.
SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati ta’ Keith Mizzi.
//= $special ?>