Internazzjonali

Iċ-Ċina: Atleti maqtula minn maltemp waqt maratona

Talanqas 21 atleta li kienu qed jieħdu sehem f’tellieqa fuq distanza twila mietu b’kaġun tal-elementi ħorox – fosthom irwiefen kbar – minn maltemp qalil li ħakem l-inħawi tar-rotta lejn il-majjistral taċ-Ċina.

Il-parteċipanti kellhom ibatu wkoll minn ħalbiet ta’ xita friżata li ma waqfitx waqt l-hekk-imsejjaħ ‘utltramarathon’ u fejn l-atleti kellhom jgħaddu minn zona ddominata minn foresta fil-provinċja ta’ Gansu. It-tiġrija kellha tkopri distanza ta’ 100 kilometru – bl-organizzaturi jwaqqfu t-tellieqa fost rapporti li ‘għebu’ talanqas 172 parteċipant waqt l-avveniment.

Ir-rapporti rreferew ukoll għal numru ta’ atleti li spiċċaw ibatu mill-effetti ta’ hypothermia – bl-uffiċjali, fl-aħħar sigħat, jikkonfermaw li ‘il fuq minn 150 parteċipant instabu qawwijin u sħaħ wara li ħelsuha minn ħalq il-mewt.

Ikkummenta