L-Ispirtu s-Santu jgħatina l-għarfien biex nagħżlu t-tajjeb u ma nitfixklux minħabba d-djufija tagħna..”
Hekk stqarr Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna waqt il-quddiesa li saret fis-solennita’ tal-Għid il-Ħamsin fil-konkatidral ta’ San Ġwann, u li matulha amministra s-Sagrament tal-Ġriżma tal-Isqof lill-adolexxenti tal-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu.
Is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof huwa wieħed mit-tliet sagramenti tal-inizjazzjoni fil-ħajja nisranija – sagrament li jissejjah “konfermazzjoni” għax jikkonferma u jwettaq il-grazzja tal-magħmudija.
Fl-omelija tieghu, l-Arċisqof qabbel l-ispirtu s-santu ma’ avukat għaliex l-ispirtu s-santu jservi bħala difensur tal-ħajja. Bħal ma avukat jagħtik parir u jgħinek tirrisponi tajjeb quddiem il-Qorti, l-ispirtu s-santu jagħtina l-għarfien biex nagħżlu t-tajjeb mill-ħażin u jservi ta’ gwida fil-ħajja tagħna.
L-Arċisqof temm jgħid li min jimxi fil-vokazzjoni li jurih il-mulej ghandu mieghu l-qawwa ta Alla.
//= $special ?>