Sport Sport Ieħor

Ikunu magħrufa l-finalisti tal-kampjonat Gold

(Ritratt: Joseph Galea)

Kenneth Vella

Il-ħdax -il laqgħa tal-istaġun li saret il-bieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienet tikkonsisti minn ħdax -il tiġrija kollha tat-trott. Disgħa minn dawn kienu tkomplija tal-kampjonat Executive Security Services tal-klassi Silver u tal-kampjonat Assikura għal żwiemel tal-klassi Gold. Dawn saru fuq distanza qasira ta’ 2140m. Mit-tliet semifinali tal-klassi Gold tnax -il żiemel għaddew għall-finali.

Fl-ewwel semifinali Gold, kien hemm dwell eccitanti fir-dritta finali bejn Baron De Majuag (Alessandro Grech) u Ami De Clerlande (Noel Baldacchino). Kien iz-ziemel ta’ Grech li ħa t-tieni rebħa konsekuttiva b’Cyrius Du Lorault (Redent Magro) u Ramon Dekkers (Cliferty Calleja) itemmu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. 

Brin De Noblesse (Jesmar Gafa’) ħa l-ewwel rebħa tiegħu f’Malta fit-tieni semifinali Gold. Dan ħa l-kmand 300m mit-tmiem u qasam il-linja finali l-ewwel faċilment b’zewġ tulijiet minn Kasper Trot (Rodney Gatt) u Atus Picken (Jean Claude Pace). What You Want (Michael Ellul) daħal warajhom f’dik l-ordni.

Fit-tielet semifinali, Chemsak Vedaquais (Jeffrey Said), li mar quddiem sa mill-bidu nett tat-tiġrija, ma seta’ jagħmel xejn fl-aħħar metri quddiem il-qawwa ta’ Gigant Well (Charles Degiorgio) li baqa’ sejjer biex ħa t-tieni rebħa staġjonali. Braveheart Jiel (Claudio Refalo) u Xceed G.T. (Clint Vassallo) kienu l-aħħar żewġ żwiemel li għamluha għall-aħħar fażi.

Ir-rizultati kollha

I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Vaillant Marceaux (R. Gatt) Ħin – 2.46.4” (1.17.9”) 2, Boko Won (S. Cassar) 3. Aubrac Du Rib (J. Cassar) 4. Jaccaroo (Cherise Farrugia)

II Tiġrija. Heat Kampjonat Executive Security. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Colorado Telbe (C. Vassallo) Ħin – 2.43.5” (1.16.4”) 2. Bellina De L’Odon (R. Gatt) 3. Mightiness (P. Galea) 4. Verdi Des Charmes (J. Spiteri)

III Tiġrija. Heat Kampjonat Executive Security. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Baud Breton (C. Agius) Ħin – 2.46.3” (1.17.7”) 2. Jadore Sugar (C. Vassallo) 3. Apache Reyor (Ch. Degiorgio) 4. Edson Boko (M. Falzon)

IV Tiġrija. Heat Kampjonat Executive Security. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Carlos Mondo SY (J. Gafa’) Ħin – 2.45.6” (1.17.4”) 2. Bilton (M. Falzon) 3. Conflit (T. Demanuele) 4. Blason Lassay (S. Garzia)

V Tiġrija. Heat Kampjonat Executive Security. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Prinsen One (M. Farrugia) Ħin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. Viens Tu Diego (C. Camilleri) 3. Vizir Des Jacquets (D. Gatt) 4. Livinginmydream (R. Gatt)

VI Tiġrija. Heat Kampjonat Executive Security. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Brioni Du Vivier (M. Farrugia) Ħin – 2.44.4” (1.16.8”) 2. Queenswood (R. Gatt) 3. Boss Du Marny (J. Gafa’) 4. Alfred Maza (J.P. Farrugia)

VII Tiġrija. Heat Kampjonat Executive Security. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Ami Toon’s (D. Gatt) Ħin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Tire Bouchon (P. Galea)  3. Cristal Des Hayes (N. Baldacchino) 4. Sharif America (M. Sammut)

VIII Tiġrija. Semi Finali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Baron De Majuag (A. Grech) Ħin – 2.39.3” (1.14.5”) 2. Ami De Clerlande (N. Baldacchino) 3. Cyrius Du Lorault (R. Magro) 4. Ramon Dekkers (C. Calleja)

IX Tiġrija. Semi Finali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Brin De Noblesse (J. Gafa) Ħin – 2.38” (1.13.8”) 2. Kasper Trot (R. Gatt) 3. Atus Picken (J.C. Pace) 4. What You Want (M. Ellul)

X Tiġrija. Semi Finali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Gigant Well (C. Degiorgio) Ħin – 2.41” (1.15.3”) 2. Chemsak Vedaquais (J. Said) 3. Braveheart Jiel (C. Refalo) 4. Xceed G.T (C. Vassallo)

XI -il Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Vincent Horse (P. Galea) Ħin – 2.42” (1.15.7”) 2. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) 3. Cobbys Celeb (K. Azzopardi) 4. Colibri Madrik (M. Fenech)

Ikkummenta