Futbol Sport

L-aħħar ġurnata deċiżiva għall-postijiet fil-UEFA Champions League

(Ritratt: EPA)

Wara li l-verdetti fin-naħa ta’ fuq u n-naħa t’isfel tal-klassifika kienu deċiżi, fl-aħħar ġurnata tal-Premier League se jkunu deċizi liem timijiet se jkunu qed itemmu fit-tielet u fir-raba’ post hekk kif punti wieħed biss jifred lil Chelsea li jinsabu fit-tielet post b’67 punt u lil Leicester li jinsabu fil-ħames post b’66, b’punti indaqs daqs Liverpool li jinsabu fir-raba’ post b’differenza ta’ goals aħjar. Fl-aħħar partita, Chelsea jilgħabu barra minn darhom kontra Aston Villa, Liverpool jilqgħu lil Crystal Palace filwaqt li Leicester City jilgħabu kontra Tottenham. Fil-partiti tal-Ħadd ikunu wkoll deċiżi l-postijiet tat-timijiet li se jilgħabu fil-UEFA Europa League kif ukoll fil-Conference League li hija l-kompetizzjoni l-ġdida tal-UEFA, bit-timijiet ta’ West Ham, Tottenham, Everton u Arsenal kollha jistgħu jikkwalifikaw għal waħda minn dawn il-kompetizzjonijiet.

PREMIER LEAGUE

ILLUM: Arsenal v Brighton 5.00pm, Aston Villa v Chelsea 5.00pm, Fulham v Newcastle 5.00pm, Leeds v WBA 5.00pm, Leicester v Tottenham 5.00pm, Liverpool v C. Palace 5.00pm, Man City v Everton 5.00pm, Sheff Utd v Burnley 5.00pm, West Ham v Southamtpon 5.00pm, Wolves v Man Utd 5.00pm