Internazzjonali

L-Italja: Imfakkar il-qtil ta’ Giovanni Falcone u l-massakru ta’ Capaci

L-Italja fakkret id-19-il anniversarju tal-massakru ta’ Capaci, meta bomba li l-membri tal-Mafja kienu qiegħdu taħt triq prinċipali bejn Palermo u l-ajruport tal-belt kienet qatlet lill-Imħallef ‘anti-Mafja’ Giovanni Falcone, il-mara tiegħu Francesco Morvillo u t-tliet gwardjani tagħhom waqt li huma kienu għaddejjin mill-inħawi.

Il-qtil ta’ Falcone seħħ bħala att ta’ tpattija wara li għexieren ta’ mafjużi kienu kundannati għall-priġunierija waqt il-famuż Proċess ‘Maxi’ li rriżulta f’daqqa ta’ ħarta kbira lill-kriminalità organizzata fl-Italja. Falcone u l-Imħallef Paolo Borsellino kienu strumentali fil-ġlieda kontra l-mafja u ssugraw ħajjithom diversi drabi biex jaċċertaw mill-ġustizzja, Intant, Borsellino ukoll spiċċa maqtul fi splużjoni oħra, ftit xhur wara l-qtil ta’ Falcone u li kienet seħħet f’Lulju tal-1992.

Falcone, sadanittant, kien ukoll il-protagonista fl-investigazzjoni li żvelat ‘il-koperti’ li użat il-familja mafjuża Gambino għat-traffikar tal-kokaina.

Il-qtil ta’ Falcone u ta’ Borsellino seħħ fuq l-ordni diretta tal-kap mafjuż Salvatore ‘Toto’ Riina li miet lejn l-aħħar tal-2017. Intant, l-omiċidji brutali tal-imħallfin qanqlu għadab kbir fl-Italja, b’Falcone u Borsellino jibqgħu sallum meqjuma bħala eroj u simboli tal-ġlieda kontra l-Mafja f’dan il-pajjiż.